Illustration Il-Bord tal-Patt tas-Sindki

Il-Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija daħal f’fażi ġdida tal-istorja tiegħu bit-tnedija tal-Bord tal-Patt tas-Sindki Ewropew, u afferma mill-ġdid l-inizjattiva bħala moviment politiku uniku mmexxi mis-sindki.

Imniedi fil-10 ta’ Frar 2017, il-Bord huma kompost inizjalment minn 7 sindki u rappreżentanti eletti lokali:


- Anne Hidalgo, Sindku ta’ Pariġi (Franza),
- Daniel Termont, Sindku ta’ Ghent (il-Belġju),
- Eckart Würzner, Sindku ta’ Heidelberg (il-Ġermanja), Il-President ta’ Energy Cities
- Mercè Conesa i Pagès, il-President tal-Provinċja ta’ Barcelona, Sindku ta’ Sant Cugat del Vallés (Spanja), membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Climate Alliance
- Julije Domac, Direttur ta’ REGEA, l-Aġenzija tal-Enerġija tal-Majjistral tal-Kroazja, il-President ta’ FEDARENE
- Asa Karlsson Björkmarker, Viċi-Sindku ta’ Växjö (l-Iżvezja), Membru tal-Bord ta’ ICLEI Europe
- Furio Honsell, Sindku ta’ Udine (l-Italja), Kelliem dwar il-Klima u t-Transizzjoni Enerġetika għall-Kunsill tal-Muniċipalitajiet Reġjuni Ewropeja (CEMR)

_Il-Bord tal-Patt tas-Sindki Ewropew ser jagħti l-opportunità lill-mexxejja lokali u reġjonali biex ikollhom rwol akbar fi tfassil u aktar gwida dwar l-inizjattiva. Il-membri tal-Bord ser jikkampanjaw għal oqfsa ta’ validazzjoni għal azzjoni lokali dwar il-klima u l-enerġija mil-livell nazzjonali u Ewropew, tkabbir tal-għarfien dwar il-ħtiġijiet lokali fost dawk, Ewropej u nazzjonali, li jieħdu d-deċiżjonijiet.
¬_Dan il-Bord tas-Sindki għandu l-għan li jiddiskuti l-orjentazzjonijiet strateġiċi tal-inizjattiva, sabiex jassigura li jaqblu mal-ħtiijiet tal-ibliet u imfassla aktar għall-aspettattivi tagħhom u sabiex trawwem id-djalogu bejn il-Komunità tal-Patt Ewropew u l-istituzzjonijeit tal-UE.

<żgħir>Tnedija tal-Bord tal-Patt tas-Sindki Ewropew, 10 ta’ frar 2017, Brussell

Twitter
Biex tagħmel skambju
permezz tal-mowbajl
Facebook
Biex issir ammiratur
tal-paġna tal-Patt
Newsletter
Biex tabbona
għall-bullettin ta’ kull xahar
Rss feeds
Biex tirċievi
l-aħbarijiet fil-ħin reali
Bl-appoġġ politiku tal-Kummissjoni Ewropea Bl-appoġġ politiku tal-Kummissjoni Ewropea . Il-websajt hija koordinata mill-Uffiċċju tal-Patt.
Aħbarijiet | Aġenda | Mappa tas-sit | Għajnuna Rss | Krediti | Legali