Illustration Insiru globali

Il-Patt tas-Sindki tnieda fl-2008 fl-Ewropa bl-ambizzjoni li jiġbor flimkien il-gvernijiet lokali li volontarjament impenjaw rwieħhom biex jilħqu u jeċċedu l-miri tal-UE dwar il-klima u I-enerġija.

Mhux biss l-inizjattiva introduċiet għall-ewwel darba approċċ miċ-ċittadini dwar azzjoni dwar l-enerġija u l-klima, iżda s-suċċess malajr kiber aktar milli kien mistenni.

L-inizjattiva issa tiġbor 7,000 awtoritajiet lokali u reġjonali madwar 57 pajjiż u tikseb is-saħħa minn moviment madwar id-dinja magħmul minn partijiet interessati differenti u mill-appoġġ tekniku u metodoloġiku offrut minn uffiċċji apposta.

Il-Patt tas-Sindki Globali – li ser jitnieda fl-1 ta’ Jannar 2017 – jikkappitalizza fuq l-esperjenza miksuba matul l-aħħar tmien snin fl-Ewropa u lill hinn minnha, u jibni fuq il-fatturi ta’ suċċess ewlenin tal-inizjattiva: il-governanza minn isfel għal fuq tagħha, il-mudell ta’ kooperazzjoni f’diversi livelli u l-qafas ibbażat fuq kuntest għall-azzjoni.

Għal aktar informazzjoni dwar il-Patt tas-Sindki Globali għall-Klima u l-Enerġija, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-Taqsima tal-Mistoqsijiet Frekwenti jew ikkuntattja l-Uffiċċji ta’ Għajnuna Reġjonali tal-Patt.
- Uffiċċju ta’ Għajnuna Ewlieni (UE): info@eumayors.eu
- Uffiċċju ta’ Għajnuna għas-Sħubija tal-Lvant (CoMO East): info-east@eumayors.eu Uffiċċju ta’ Għajnuna għall-Mediterran tan-Nofsinhar (CES-MED): info-south@eumayors.eu
- Uffiċċju ta’ Għajnuna għall-Afrika Sub-Saħara (coMO-SSA): info-africa@eumayors.eu

L-istorja ta’ suċċess tal-Patt tas-Sindki

Niżżel u skopri l-ġrajjiet ewlenin u l-kisbiet tal-Patt tas-Sindki mit-tnedija tal-inizjattiva!

2008

© ritratt Nathalie Nizette

Il-Patt tas-Sindki tnieda mill-Kummissjoni Ewropea fl-2008, bil-għan li jqanqal u jappoġġja lis-sindki biex jagħtu impenn li jilħqu l-miri tal-UE dwar il-klima u l-enerġija.

2011

© ritratt Anna Zenzina

Is-suċċess tal-inizjattiva malajr kien aktar minn dak mistenni u baqgħet tattira awtoritajiet lokali u reġjonali ġodda fl-Ewropa u lill hinn minnha. Il-Patt tas-Sindki diġà kien qed jgħaqqad 2,000 belt sa Ottubru 2010, u dan inkoraġġixxa lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tiżviluppa inizjattiva simili fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant tal-UE. L-inizjattiva tal-Patt tas-Sindki tal-Lvant kellha l-bidu tal-2011 u issa topera fil-Belarussja, fl-Ukrajna, fil-Moldova, fl-Armenja, fil-Georgia, u fl-Ażerbajġan.

www.soglasheniemerov.eu | info-east@eumayors.eu

2012

© ritratt Human Dynamics

Fl-2012, il-Kummissjoni Ewropea estendiet il-Patt tas-Sindki għas-Sħubija Ewropea Reġjun tan-Nofsinhar bit-tnedija tal-proġett CES-MED. “Bliet tal-Mediterran b’Enerġija Nadifa-Inqas Enerġija" (CES-MED) L-Uffiċċju tas-CES-MED jopera fl-Alġerija, fl-Eġittu, fl-Iżrael, fil-Ġordan, fil-Libanu, fil-Marokk, fil-Palestina u fit–Tuneżija.

www.ces-med.eu | info-south@eumayors.eu

2014

© ritratt Erik Luntang

Il-Kummissjoni Ewropea nidiet l-inizjattiva Mayors Adapt . Ibbażata fuq l-istess prinċipji tal-Patt tas-Sindki, din l-inizjattiva oħt tiffoka fuq l-adattament għat-tibdil fil-klima. Il-Mayors Adapt tistieden lill-gvernijiet biex juru tmexxija fl-adattament, u jsostnuhom fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji ta’ adattament lokali.

mayors-adapt.eu

2015

© ritratt Nathalie Nizette

L-inizjattivi l-Patt tas-Sindki u l-Mayors Adapt ngħaqdu formalment fl-okkażjoni ta’ ċerimonja li saret fil-15 ta’ Ottubru 2015 fil-Parlament Ewropew. Il-Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija ġdid – li l-għanijiet u d-direzzjoni tiegħu kienu definiti mal-ibliet permezz ta’ proċess ta’ konsultazzjoni - huwa aktar ambizzjuż u mifrux: l-ibliet firmatarji issa jwiegħdu li jsostnu attivament l-implimentazzjoni tal-mira ta’ tnaqqis ta’ 40% GHG sal-2030 tal-UE u jiftiehmu li jadattaw approċċ integrat għall-adattament u mitigazzjoni tat-tibdil tal-klima u jiżguraw aċċess għal enerġija sigura, sostenibbli u affordabli għall-kulħadd.

Aktar informazzjoni dwar il-Patt tas-Sindki għall-Klima & Enerġija.

© ritratt xxx

Matul is-Samit dwar il-Klima f’Pariġi ftit ġimgħat wara, il-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea Maroš Sefčovič ħabbar li l-estensjoni ġeografika tal-Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija, bl-uffiċċji reġjonali ġodda li jridu jitwaqqfu fl-Afrika Sub-Saħara, fl-Amerika ta’ Fuq u ta’ Isfel, fil-Ġappun, fl-Indja, fiċ-Ċina u fl-Asja tax-Xlokk.

2016

© ritratt epp

F’Ġunju 2016, il-Patt tas-Sindki daħal f’fażi maġġura ġdida fl-istorja tiegħu meta għażel li jgħaqqad il-forzi ma’ inizjattiva oħra tal-ibliet, il-Konvenzjoni tas-Sindki. Il-“Il-Patt Globali tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija ” li rriżulta – li ser jitnieda uffiċjalment f’Jannar 2017 – ser isir l-akbar moviment ta’ gvernijiet lokali impenjat biex jaħdem lill hinn mill-oġġettivi nazzjonali għall-klima u l-enerġija tagħhom. Eżattament skont il-Miri għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU u l-prinċipji tal-ġustizzja fil-klima, il-Patt Globali tas-Sindki ser jieħu ħsieb tliet kwistjonijiet ewlenin: mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, adattament għall-effetti kuntrarji tat-tibdil fil-klima u l-aċċess universali għal enerġija sigura, nadifa u affordabbli.

Sadattant, il-Patt tas-Sindki kompla bl-estensjoni globali tiegħu bit-tnedija tal-Patt tas-Sindki għall-Afrika Sub-Saħara.

info-africa@eumayors.eu

2017




Jannar 2017 ser jimmarka t-tnedija uffiċjali tal-Patt Globali tas-Sindki għall-Klima & Enerġija. Dan il-moviment globali tal-Patt t’issa ser jipprovdi lill-mexxejja lokali b’vuċi aktar b’saħħitha fil-politika u azzjoni dwar il-klima internazzjonali u ser jkun vetrina tal-impatt kollettivi f’livell globali.

Fl-ewwel kwart tal-2017, ser jitwaqqfu uffiċċji reġjonali tal-Patt fl-Amerika ta’ Fuq, fl-Amerika Latina u l-Karibbew, fiċ-Ċina u l-Asja tax-Xlokk, fl-Indja u fil-Ġappun

info@eumayors.eu

Twitter
Biex tagħmel skambju
permezz tal-mowbajl
Facebook
Biex issir ammiratur
tal-paġna tal-Patt
Newsletter
Biex tabbona
għall-bullettin ta’ kull xahar
Rss feeds
Biex tirċievi
l-aħbarijiet fil-ħin reali
Bl-appoġġ politiku tal-Kummissjoni Ewropea Bl-appoġġ politiku tal-Kummissjoni Ewropea . Il-websajt hija koordinata mill-Uffiċċju tal-Patt.
Aħbarijiet | Aġenda | Mappa tas-sit | Għajnuna Rss | Krediti | Legali