Koordinaturi

Provinċji, reġjuni, ministeri, aġenziji nazzjonali għall-enerġija, żoni metropolitani, gruppi ta' awtoritajiet lokali... il-Koordinaturi tal-Patt huma awtoritajiet pubbliċi li jinsabu f'qagħda li jipprovdu gwida strateġika, appoġġ tekniku u finanzjarju lill-firmatarji tal-Patt tas-Sindki u muniċipalitajiet li jiffirmawh.

Flimkien mal-assistenza finanzjarja, il-Koordinaturi tal-Patt jappoġġaw b'mod tipiku lill-firmatarji sabiex jifformulaw inventarju ta' emissjonijiet tas-CO2 u/jew evalwazzjoni tar-riskji mill-klima, kif ukoll fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Pjani ta' Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli u l-Klima tagħhom.

- Il-Koordinaturi Territorjali tal-Patt huma awtoritajiet deċentralizzati, bħal ma huma r-reġjuni, provincji jew gruppi ta' awtoritajiet lokali.
- Il-Koordinaturi Nazzjonali tal-Patt huma korpi pubbliċi nazzjonali bħal ma huma ministeri jew aġenziji tal-enerġija nazzjonali.

Il-Kummissjoni Ewropew tirrikonoxxihom bħala alleati importanti biex jappoġġaw lill-firmatarji tal-Patt tas-Sindki sabiex jilħqu l-impenji tagħhom u jkabbru l-impatt tal-Patt.


Ingħaqad bħala Koordinatur


TFITTXIJA AVVANZATA Iċċara kollha


208 Riżultati misjuba

Oġġetti/paġna