Oriġini & Żvilupp

Il-Patt tas-Sindki huwa l-akbar moviment fid-dinja ta' bliet għal azzjoni dwar il-klima lokali u l-enerġija. Hawn taħt inti għandek issib aktar informazzjoni dwar l-inizjattiva fl-UE: l-isfond, il-missjoni u l-viżjoni tiegħu, u l-kisbiet tiegħu f'ċifri.

Ħarsa Lura: L-oriġini tal-Patt tas-Sindki

Il-Patt tas-Sindki tnieda fl-2008 fl-Ewropa bl-ambizzjoni li jlaqqa' gvernijiet lokali kommessi voluntarjament li jiksbu u jeċċedu l-miri tal-UE għall-klima u l-enerġija.

Mhux biss li l-inizjattiva introduċiet għall-ewwel darba approċċ minn isfel għal fuq għal azzjoni dwar l-enerġija u l-klima, iżda s-suċċess tag]ha malajr qabeż it-tamiet qawwija.

L-inizjattiva issa tlaqqa' 7,000+ awtoritajiet lokali u reġjonali madwar 57 pajjiż mibnija fuq is-saħħiet ta' moviment dinji ta' diversi partijiet interessati u l-appoġġ tekniku u metodoloġiku offrut minn uffiċċji apposta.

Il-Patt Globali tas-Sindki qiegħed jikkapitalizza fuq l-esperjenza miksuba fl-aħħar tmien snin fl-Ewropa u lil hinn minnha, u qed jibni fuq il-fatturi ta' suċċess ewlenin: il-governanza minn isfel għal fuq tiegħu, il-mudell ta' kooperazzjoni b'bosta livelli u qafas għal azzjoni skont il-kuntest.

  • L-istorja ta' suċċess tal-Patt tas-Sindki

    Ikklikja fuq il-buttuna + għal skopri l-punti ewlenin u l-kisbiet tal-Patt tas-Sindki mit-tnedija tal-inizjattiva!

    • 2008

      Il-Patt tas-Sindki tnieda mill-Kummissjoni Ewropea fl-2008 bil-għan li jiġbor u jappoġġa sindki biex jilħqu l-miri tal-UE għall-klima u l-enerġija.

    • 2011

      Is-suċċess tal-inizjattiva malajr kiber aktar milli kien mistenni u baqa' jattira awtoritajiet lokali u reġjonali ġodda fl-Ewropa u lil hinn minnha. Il-Patt tas-Sindki diġà kien laqqa' 2,000 belt sa Ottubru 2010, u dan inkoraġġixxa lill-Kummissjoni Ewropea biex tiżviluppa inizjattiva bħalha fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant tal-UE. L-inizjattiva fil-Lvant tal-Patt tas-Sindki bdiet fl-2011 u issa topera fil-Belarussja, fl-Ukrajna, fil-Moldova, fl-Armenja, fil-Georgia, u fl-Ażerbajġan.
      www.soglasheniemerov.eu | info-east@eumayors.eu

    • 2014

      Il-Kummissjoni Ewropew nidiet l-inizjattiva s-"Sindki Jadattaw. Ibbażata fuq l-istess prinċipji tal-Patt tas-Sindki, din l-inizjattiva oħt kienet qed tiffoka fuq l-adattament għat-tibdil fil-kliema. Is-Sindki Jadattaw stiednet gvernijiet lokali biex juru tmexxija fl-adattament, u kienet qed tappoġġahom fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-istrateġija lokali dwar l-adattament.

    • 2015

      L-inizjattivi l-Patt tas-Sindki u s-Sindki Jadattaw ingħaqdu uffiċjalment fl-okkażjoni ta' ċerimonja fil-15 ta' Ottubru 2015 fil-Parlament Ewropew. Il-Patt tas-Sindki għall-Klima & Enerġija ġdid - li l-miri u d-direzzjoni tiegħu kienu definiti mal-ibliet permezz ta' proċess ta' konsultazzjoni - huwa aktar amb izzjuż u mifrux: bliet firmatarji issa jwiegħdu li jappoġġaw b'mod attiv l-implimentazzjoni l-mira ta' tnaqqis ta' 40% GHG tal-UE sal-2030 u jiftehmu li jadottaw approċċ integrat għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u sabiex jassiguraw aċċess għal enerġija sigura, sostenibbli u rħisa għal kulħadd.

      Matul is-Samit dwar il-Klima f'Pariġi ftit ġimgħat wara, il-Viċi-President tal-Kummissjoni tal-UE Maroš Sefčovič ħabbar l-estensjoni ġeografika tal-Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija, b'uffiċċji reġjonali fl-Afrika Sub-Saħara, fl-Amerika ta' Fuq u ta' Isfel, fil-Ġappun, fl-Indja, fiċ-Ċina u l-Asja tax-Xlokk.

    • 2016

      F'Ġunju 2016, il-Patt tas-Sindki daħal f'fażi ġdida ewlenija tal-istorja tiegħu meta għażel li jgħaqqad il-forzi ma' inizjattiva oħra tal-bliet, il-Compact of Mayors. "Il-Patt Globali tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija" li rriżulta huwa l-akbar moviment ta' gvernijiet lokali impenjati li jaħdmu lil hinn mill-għanijiet nazzjonali tagħhom dwar il-klima u l-enerġija Konformi bis-sħiħ mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti u l-prinċipji tal-ġustizzja fil-klima, il-Patt Globali tas-Sindki ser jieħu ħsieb tlitt kwistjonijeit ewlenin: il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, l-adattament għall-effetti kuntrarji tat-tibdil fil-klima u l-aċċess universali għal enerġija sigura, nadifa u rħisa.

      Sadattant, il-Patt tas-Sindki kompla bl-estensjoni globali tiegħu bit-tnedija tal-Uffiċċju għall-Afrika Sub-Saħara tal-Patt tas-Sindki.

      helpdesk@comssa.org

Għaddej globali

Mill-2017 bdew jinfetħu uffiċċji reġjonali tal-Patt fl-Amerika ta' Fuq, fl-Amerika Latina & il-Karibbew, fiċ-Ċina & fl-Asja tax-Xlokk, fl-Indja u fil-Ġappun biex jikkumplimentaw dawk eżistenti.