Strumenti ta' Finanzjament

Opportunitajiet ta' finanzjament għall-Pjanijiet ta' Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli u għall-Klima

L-aċċess għall-finanzjament huwa ċ-ċavetta biex pjani ta' azzjoni ambizzjużi jinbidlu fi proġetti. Il-paġna tal-Istrumenti ta' Finanzjament tipprovdi lill-Komunità tal-Patt tas-sindki b'informazzjoni ċara u prattika dwar l-opportunitajiet ta' fondi u finanzjament.

Il-gwida interattiva dwar il-fondi tiġbor informazzjoni dwar l-inizjattivi mmaniġġati mill-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri u istituzzjonijiet finanzjarji ewlenin bħal Bank Ewropej tal-Investiment. Il-gwida tinkludi wkoll informazzjoni dwar servizzi ta' appoġġ u skemi ta' finanzjament innovattivi.

It-taqsima tal-ħoloq utli tiġbor fiha l-pubblikazzjoni ta' finanzjament l-aktar rilevanti għall-Komunità tal-Patt tas-Sindki inklużi eżempji tal-aħjar każi u l-lezzjonijiet mgħallma.


Gwida għall-finanzjament interattiva


TFITTXIJA AVVANZATA Iċċara kollha



URBIS

URBIS hija pjattaforma konsultattiva dedikata ġdida dwar l-investiment fis-Servizz Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investiment (EIAH). URBIS twaqqfet biex tipprovdi appoġġ konsultattiv lill-awtoritajiet urbani biex jiffaċilitaw, jaċċelleraw u jiftħu proġetti, programmi u pjattaformi ta’ investiment urban. URBIS ġiet żviluppata fi sħubija mill-Kummissjoni Ewropea (id-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana) u l-Bank Ewropew tal-Investiment fil-kuntest tal-One Stop Shop tal-UE għall-Ibliet u biex tappoġġja l-ambizzjonijiet definiti fl-Aġenda Urbana tal-UE.

It-taqsima tal-ħoloq utli

Pubblikazzjonijiet ewlenin inklużi l-aħjar prattiċi mill-komunità tal-Patt tas-Sindki, tagħlimiet miksuba u rapporti utli mill-istituzzjonijiet ewlenin tal-UE huma miġbura f'din it-taqsima. Aktar pubblikazzjonijiet huma disponibbli għall-Komunità tal-Patt tas-Sindki biss fiż-żona privata (Il-Patt Tiegħi) tal-websajt.